Ministry for the Economy, Enterprise and Strategic Projects of the Republic of Malta

11/06/2025 | Press release | Distributed by Public on 11/07/2025 09:28

STQARRIJA MINN FESTIVALS MALTA Jum it-Tifkira – Il-Ħadd, 9 ta’ Novembru 2025

Festivals Malta, permezz tal-Kumitat Festi Nazzjonali, ifakkar il-vittmi taż-żewġ Gwerer Dinjija nhar il-Ħadd, 9 ta' Novembru 2025 fl-okkażjoni ta' Jum it-Tifkira.

Għal din l-okkażjoni ser tkun konċelebrata quddiesa fil-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta fid-9:30 ta' filgħodu, li ser tkun iċċelebrata minn Monsinjur Charles J. Scicluna - Arċisqof ta' Malta. Il-quddiesa ser tixxandar dirett fuq TVM.

Qabel il-quddiesa, il-President ta' Malta tispezzjona l-Gwardja tal-Unur mill-Forzi Armati ta' Malta, bis-sehem ukoll tal-Banda tal-Forzi Armati ta' Malta.

Wara l-quddiesa, fil-10:40 ta' filgħodu, issegwi ċ-ċerimonja ta' tifkira biswit il-Monument tal-Gwerra, fil-Furjana. Matul din iċ-ċerimonja jitqiegħdu kuruni tal-fjuri f'riġlejn il-Monument tal-Gwerra mill-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż u persuni distinti oħra.​

Il-Forzi Armati ta' Malta flimkien ma' organizzazzjonijiet oħra jiffurmaw flimkien Gwardja tal-Unur għal matul iċ-ċerimonja tat-tqegħid tal-kuruni.

Ministry for the Economy, Enterprise and Strategic Projects of the Republic of Malta published this content on November 06, 2025, and is solely responsible for the information contained herein. Distributed via Public Technologies (PUBT), unedited and unaltered, on November 07, 2025 at 15:28 UTC. If you believe the information included in the content is inaccurate or outdated and requires editing or removal, please contact us at [email protected]