Ministry for the Economy, Enterprise and Strategic Projects of the Republic of Malta

09/14/2025 | Press release | Distributed by Public on 09/15/2025 02:40

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL

Tliet immigranti irregolari tkeċċew mill-pajjiż u ġew irritornati lejn il-pajjiż tal-oriġini tagħhom fil-Lvant tal-Afrika. Dan wara li ma kinux refuġjati, u fl-aħħar jiem il-Qorti ma laqgħetx it-tieni miżura interim li fetħu kontra l-Uffiċjal Prinċipali tal-Immigrazzjoni.

Għal diversi snin dawn il-persuni rrifjutaw li jikkoperaw mal-awtoritajiet tal-immigrazzjoni b'uħud minnhom daħlu diversi applikazzjonijiet għall-ażil, liema applikazzjonijiet qatt ma kienu ġew milqugħa hekk kif mhumiex eliġibbli għaliha.

Ħidma li tikkumplimenta wkoll operazzjoni ta' ritorn oħra, li l-Pulizija mexxiet b'suċċess fil-konfront ta' immigrant ieħor li kien ġej minn pajjiż ieħor Ewropew u li rrifjuta li jitlaq b'mod volontarju.

Fl-aħħar xhur, 108 immigranti irregolari ġew ritornati lura lejn il-pajjiż tal-oriġini tagħhom wara li daħlu fil-pajjiż b'mod irregolari u ma kinux eliġibbli għall-ażil.

Din iċ-ċifra teskludi dawk il-persuni li ġew imkeċċija mill-Pulizija tal-Immigrazzjoni fil-ħidma tagħhom ta' kuljum.

Ritratt: MHSE

Ministry for the Economy, Enterprise and Strategic Projects of the Republic of Malta published this content on September 14, 2025, and is solely responsible for the information contained herein. Distributed via Public Technologies (PUBT), unedited and unaltered, on September 15, 2025 at 08:40 UTC. If you believe the information included in the content is inaccurate or outdated and requires editing or removal, please contact us at [email protected]