F'ittra li Roderick Galdes bagħat lill-Prim Ministru Robert Abela huwa infurmah bir-riżenja tiegħu minn Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli.
Il-Prim Ministru aċċetta din ir-riżenja.
Roderick Galdes isostni li qed jirriżenja fl-isfond ta' attakki kontrih u l-familja tiegħu u jaf li ma għamel xejn ħażin iżda ma jridx li b'xi mod itappan il-ħidma tal-Gvern b'risq il-poplu Malti u Għawdxi.
Huwa f'dawn iċ-ċirkostanzi biss li ħa d-deċiżjoni li jirriżenja mill-kariga ta' Ministru u issa se jara li jkun f'pożizzjoni li jiddefendi l-integrità tiegħu u tal-familja u li l-verità kollha toħroġ.
L-ittra ta' Roderick Galdes qed tiġi ppubblikata.