Irtirar ta' Dokumenti għall-Votazzjoni
Il-Kummissjoni Elettorali tgħarraf lil dawk il-persuni li għadhom ma ġabrux id-dokument għall-votazzjoni tagħhom illi jistgħu jiġbruh PERSONALMENT mill-Uffiċċju Elettorali, Kumpless tal-Għadd tal-Voti, in-Naxxar, jew, għall-votanti reġistrati f'Għawdex, mill-Uffiċċju Elettorali, Triq Ta' Wara s-Sur, ir-Rabat Għawdex.
Il-ġranet u l-ħinijiet li fihom wieħed jista' jiġbor id-dokument għall-votazzjoni huma kif ġej:
It-Tnejn 25, it-Tlieta 26 u l-Erbgħa 27 ta' Mejju, 2026:
mit-8.00 am sas-1.00 pm u mit-3.00 pm sad-9.00 pm
Il-Ħamis, 28 ta' Mejju, 2026 (l-aħħar jum):
mit-8.00 am sas-1.00 pm u mit-3.00 pm sa nofsillejl
TRID TIĠI PPREŻENTATA L-KARTA TAL-IDENTITÀ PERSONALMENT
L-EBDA DOKUMENT IEĦOR MA JISTA' JKUN AĊĊETTAT GĦAL DAN L-ISKOP
MINGĦAJR ID-DOKUMENT GĦALL-VOTAZZJONI ĦADD MA JKUN JISTA' JIVVOTA NHAR JUM IL-VOTAZZJONI