Ħatra ta' Assistenti Kummissjonarji u karigi oħrajn
Il-Kummissjoni Elettorali tavża lill-partiti politiċi rreġistrati u lill-kandidati indipendenti li ser jikkontestaw l-Elezzjoni Ġenerali li għandhom sas-7.00 p.m. ta' nhar is-Sibt 9 ta' Mejju, 2026, sabiex jissottomettu lill-Kummissjoni Elettorali lista u l-applikazzjonijiet relevanti ta' persuni li jixtiequ jinnominaw bħala Assistenti Kummissjonarji, persuni għall-għadd tal-voti u Aġenti tal-Partit.