Ministry for the Economy, Enterprise and Strategic Projects of the Republic of Malta

09/28/2025 | Press release | Distributed by Public on 09/29/2025 10:26

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL Il-Forzi Dixxiplinati ta’ Malta jingħaqdu flimkien fil-Belt Valletta f’ ċelebrazzjoni speċjali għas-Sena Ġubilari 2025


Il-Forzi Dixxiplinati ta' Malta - il-Forzi Armati ta' Malta, il-Korp tal-Pulizija, l-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi u d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ingħaqdu flimkien fil-Belt Valletta f'ċelebrazzjoni speċjali għas-Sena Ġubilari ta' Tama 2025.

Bħala parti mill-festi tal-Ġublew, il-membri tal-forzi dixxiplinati nġabru fil-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta għal Quddiesa Solenni ppreseduta mill-Arċisqof Charles J. Scicluna. Il-liturġija sellmet is-servizz tal-persunal militari, tal-pulizija, tas-sigurtà u tal-emerġenza u s-salvataġġ, u rrikonoxxiethom bħala aġenti ta' paċi, protezzjoni u tama fis-soċjetà Maltija.

Is-sena Ġubilari ta' tama 2025, iddikjarata mill-Papa Franġisku, hija sena ddedikata biex trawwem tiġdid spiritwali, maħfra, solidarjetà, u tama fi żmien meta d-dinja qed tiffaċċja kunflitt f'partijiet differenti tad-dinja. Iċ-ċelebrazzjoni ddedikata għall-membri tal-forzi dixxiplinati tenfasizza l-irwol essenzjali tagħhom fil-ħarsien tas-sigurtà nazzjonali, fiż-żamma tal-ordni, u fis-servizz lill-komunità fi żminijiet ta' bżonn.

Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol esprima gratitudni għall-kuraġġ, il-professjonaliżmu, u d-dedikazzjoni tal-forzi dixxiplinati ta' Malta. "Il-forzi dixxiplinati ta' pajjiżna jgħixu l-valuri tas-servizz u s-sagrifiċċju. Il-ħidma tagħhom tassigura li l-poplu Malti jkun jista' jgħix b 'mod sigur u dinjituż, u ċ-ċelebrazzjoni tal-lum bir-raġun tonora l-kontribut tagħhom għall-pajjiż sigur għall-familji Maltin u Għawdxin," qal il-Ministru.


Ministry for the Economy, Enterprise and Strategic Projects of the Republic of Malta published this content on September 28, 2025, and is solely responsible for the information contained herein. Distributed via Public Technologies (PUBT), unedited and unaltered, on September 29, 2025 at 16:26 UTC. If you believe the information included in the content is inaccurate or outdated and requires editing or removal, please contact us at [email protected]