Ministry for the Economy, Enterprise and Strategic Projects of the Republic of Malta

01/27/2026 | Press release | Distributed by Public on 01/28/2026 11:43

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL Twissija ta’ livell medju

Il-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol jinforma lill-pubbliku bl-avviż mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili:

Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili javża li għada l-Ħamis 29 ta' Jannar inħarġet twissija tat-temp ta' livell medju (yellow weather warning) skont informazzjoni mill-Uffiċċju Meteoroloġiku ta' Malta.

Il-kundizzjonijiet tat-temp huma mistennija jaqilbu għall-agħar mill-Ħamis filgħodu, bir-riħ mistenni jissaħħaħ matul dan il-lejl u li jista' jilħaq Forza 7 u 8 ċerti ħinijiet matul il-jum ta' għada. Huwa mistenni wkoll baħar qawwi.

Il-pubbliku huwa mħeġġeġ biex:

•⁠ ⁠Jeżerċita kawtela akbar, b'mod partikolari matul is-sigħat ta' filgħodu u ta' matul il-jum
•⁠ ⁠Ipoġġi b'mod sigur affarijiet li qegħdin fuq barra
•⁠ ⁠Jibqa' attent għal bidliet fil-kundizzjonijiet tat-temp
•⁠ ⁠Isegwi l-istruzzjonijiet u l-avviżi uffiċjali maħruġa mill-awtoritajiet
•⁠ ⁠Iċempel 112 f'każ ta' emerġenza.

Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili huwa preparat għal kull assistenza u qed ikompli jsegwi s-sitwazzjoni mill-qrib f'koordinazzjoni ma' servizzi oħra ta' emerġenza.

Aktar aġġornamenti se jinħarġu jekk il-kundizzjonijiet jinbidlu.

Il-Ministru Byron Camilleri tenna għal darb'oħra l-appell biex kulħadd isegwi l-miżuri ta' prekawzjoni filwaqt li ta s-serħan il-moħħ li l-Korpi Dixxiplinati huma dejjem preparati biex jassistu lill-familji filwaqt li rringrazzjahom tal-ħidma imprezzabbli li dejjem iwettqu.


Ministry for the Economy, Enterprise and Strategic Projects of the Republic of Malta published this content on January 27, 2026, and is solely responsible for the information contained herein. Distributed via Public Technologies (PUBT), unedited and unaltered, on January 28, 2026 at 17:43 UTC. If you believe the information included in the content is inaccurate or outdated and requires editing or removal, please contact us at [email protected]