Ministry for the Economy, Enterprise and Strategic Projects of the Republic of Malta

10/14/2025 | Press release | Distributed by Public on 10/15/2025 01:59

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U L-PROĠETTI STRATEĠIĊI: Malta magħżula biex tospita CALYPSO – Antenna tal-EuroHPC AI Factory li ssaħħaħ l-ekosistema[...]


M
alta ġiet uffiċjalment magħżula mill-EuroHPC Joint Undertaking (EuroHPC JU) biex tospita waħda mit-13-il Antenna ġdida tal-AI Factory stabbiliti fl-Ewropa, f'pass sinifikanti ieħor fil-vjaġġ tat-trasformazzjoni diġitali ta' pajjiżna u li jsaħħaħ ir-rwol tagħna fin-network Ewropew tal-intelliġenza artifiċjali u fil-high-performance computing network.

L-Antenna ta' Malta, bl-isem CALYPSO (Computational AI factory Link Yielding Performance, Services, and Outreach), se tkun immexxija mill-Awtorità Maltija għall-Innovazzjoni Diġitali (MDIA) u se tkun marbuta mal-AI Factory PHAROS tal-Greċja. CALYPSO se tipprovdi lill-istartups, SMEs, riċerkaturi u entitajiet pubbliċi Maltin b'aċċess għall-EuroHPC AI supercomputing, appoġġ algoritmiku, taħriġ u settijiet ta' dejta f'setturi kruċjali bħall-finanzi, it-trasport u s-saħħa - kollha bil-għan li jissaħħaħ l-iżvilupp tal-AI, il-konformità u l-kollaborazzjoni madwar l-Ewropa.

L-għażla ta' Malta bħala Antenna tal-AI Factory hija parti mill-inizjattiva usa' tal-EuroHPC AI Factories, li ġiet imnedija biex tkompli tgħolli 'l fuq ir-rwol tal-Ewropa fil-qasam tal-intelliġenza artifiċjali u tagħmel ir-riżorsi ta' supercomputing ottimizzati għall-AI aktar aċċessibbli fl-Istati Membri. L-Unjoni Ewropea se tiffinanzja l-AI Factory Antennas b'finanzjament ta' madwar €55 miljun, li se jkun imqabbel b'kontribuzzjonijiet mill-pajjiżi parteċipanti. Kull Antenna se taħdem mill-qrib mal-AI Factory marbuta magħha biex tipprovdi lill-ekosistemi nazzjonali b'aċċess għal qawwa ta' komputazzjoni avvanzata għar-riċerka, l-innovazzjoni u l-applikazzjonijiet industrials.

Il-Ministru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u l-Proġetti Strateġiċi, Silvio Schembri, laqa' din il-kisba u qal, "Dan huwa mument ta' storiku għal Malta. Permezz ta' CALYPSO, pajjiżna se jkun direttament marbut mal-ogħla kapaċitajiet Ewropej fl-AI u supercomputing, u se jinħolqu opportunitajiet ġodda għall-innovaturi, ir-riċerkaturi u l-imprendituri tagħna biex jittestjaw, jitħarrġu u jimplimentaw soluzzjonijiet tal-AI b'potenzjal globali. Din il-kisba tkompli tikkonferma lil Malta bħala ċentru ta' eċċellenza u innovazzjoni diġitali."

Il-Kap Eżekuttiv tal-MDIA, Kenneth Brincat qal li: "Kburin ħafna li, bl-akkwist ta' fondi Ewropej, se noħolqu l-CALYPSO AI Factory Antenna b'valur ta' €10 miljun. Dan il-proġett se jsaħħaħ l-ekosistema lokali tagħna u jipprovdi aċċess dirett għal riżorsi avvanzati ta' Intelliġenza Artifiċjali, u b'hekk Malta se tissaħħaħ bħala ċentru ta' innovazzjoni."

Ritratt (MEEP)

Ministry for the Economy, Enterprise and Strategic Projects of the Republic of Malta published this content on October 14, 2025, and is solely responsible for the information contained herein. Distributed via Public Technologies (PUBT), unedited and unaltered, on October 15, 2025 at 08:00 UTC. If you believe the information included in the content is inaccurate or outdated and requires editing or removal, please contact us at [email protected]