Il-Presidenza ssellem il-memorja tal-Avukat Victor Ragonesi li fil-ħamsinijiet u s-sittinijiet mhux biss ta kontribut lill-politika Maltija b'ħidma fil-Partit Nazzjonalista, iżda fil-bidu tas-snin sittin kellu rwol fdat lilu mill-Prim Ministru ta' dak iż-żmien Dr Ġorġ Borg Olivier, fit-taħditiet għall-kisba tal-Indipendenza ta' Malta.
Kondoljanzi lill-familja tiegħu.
Myriam Spiteri Debono,
President ta' Malta